Il-Ministru tal-Familja Michael Farrugia ħareġ jattakka lill-eks chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilta’ (KNPD) Joe Camilleri sempliċiment għaliex dan kritika il-Baġit 2016.
Camilleri qed jghid illi l-idea ta’ hub li ħareġ biha l-Gvern fil-Bagit għandha tinkwieta lill-persuni b’diżabbilta’ u l-qraba tagħhom. Il-Ministru iżda, qed jinsisti li l-eks chairperson tal-KNPD ma fehem xejn. Skont il-Ministru “l-eks chairperson tal-KNPD għadu ma fehemx x’qed jgħid il-Gvern”.
B’din l-istqarrija li saret waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Ministeru tal-Familja, Michael Farrugia qed jinjora dak li kiteb fit-Times Joe Camilleri, li huwa persuna ta’ esperjenza twila f’dan is-settur. Camilleri insista li “il-persuni b’diżabbilta’ iridu jgħixu ħajja normali qalb in-nies, u mhux jiġu mwarrba”.
Joe Camilleri qal illi jekk l-ekonomija sejra daqstant tajjeb allura irridu nofqu l-flus b’mod għaqli, u skont il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbilta’.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet saqsejna lill-Ministru Farrugia għaliex il-Gvern warrab il-pjan li jagħti żieda ta’ €5.16 fil-ġimgħa lill-persuni b’diżabbilta’ – xi ħaġa li tneħħiet mid-diskors tal-Baġit li qara l-Ministru Edward Scicluna il-ġimgħa li għaddiet.
Għalkemm il-Ministru ftaħar li għandu hafna proposti, din il-proposta partikolari li kienet se twassal għax zieda ta’ €5.16 għall-persuni b’dizabbilta’ għażel li jwarrabha kompletament. “Se nimxu fuq id-diskors li qara l-Ministru tal-Finanzi”, sostna Michael Farrugia.
L-istess Ministru stqarr li l-Gvern tant għandu proposti li l-Lejber kapaċi jdum fil-Gvern “sa 10 jew 15-il sena oħra”.
//= $special ?>


