Raġel f’raħal żgħir u remot fiċ-Ċina sar personalità minħabba l-imħabba kbira li hu għandu għall-filfel.
Li Yongzhi tant iħobb l-ikel jaħraq li kapaċi jiekol sa 2.5 kilogrammi kuljum ta’ filfel. Jużah anke minflok mouthwash biex jaħsel snienu filgħodu u hu meqjus ir-re taċ-ċili fiċ-Ċina.
Għalih kull ikla mingħajr filfel tkun mingħajr togħma. Jistqarr li ma jiddejjaqx jiekol mingħajr laħam jew mingħajr bajd, imma ma jkunx jista’ jniżżel il-platt ta’ quddiemu jekk ma jkollux filfel. Għalih, il-frak aħmar jaħraq nar qisu karawett jew xi prodott ieħor li dak li jkun inaqqar fih, kull filgħaxija wara ġurnata xogħol jintefa’ jiekol lilhom. Biex jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu, fil-ġnien tiegħu jkabbar tmien tipi differenti ta’ filfel.
Li nduna li l-imħabba tieħgu għall-filfel kienet xi ħaġa mhux tas-soltu għal ħaddieħor meta għaxar snin ilu, ibnu kellu inċident. Kien kiser saqajh it-tnejn u tant kien jeħtieġ flus għall-kura li ħafna drabi Li kien jgħaddi mingħajr ikel, sakemm darba minnhom ħassu ħażin u rrealizza li ma setax ma jikolx. Daħal fl-ewwel ristorant li kien hemm ħdejh imma kien spiċċalu l-ikel. Hemmhekk intefa’ bilqiegħda u kiel żewġ platti filfel waħdu u xorob tazza ilma tal-vit.
F’okkażjoni oħra, sid ta’ ristorant akkużah li kien seraqlu l-filfel wara li l-platti mimlijin bihom spiċċaw kollha. Biex juri li kien innoċenti, Li kiel platt ieħor ta’ filfel quddiemu qalb l-istagħġib ta’ sid ir-ristorant u l-klijenti kollha li kellu.
Fl-2009, Li ġie meqjus ir-re taċ-ċili fir-reġjun fejn jgħix wara li għeleb kompetituri oħra f’konkors marbut mal-konsum tal-filfel. Jistqarr li hu rari li jimrad u li jħossu b’saħħtu ħafna, u li t-tobba jgħidulu li hu saħħtu hi tajba daqs ta’ ħaddieħor.
//= $special ?>