Dan ir-ritratt meħud mill-ġurnalisti tagħna ilbieraħ għall-ħabta tal-11pm juri kif id-dawl kontroversjali mal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja intefa kompletament. Dan wara li d-dawl li sar mal-faċċata ta’ Kastilja ġie imfisser minn bosta persuni bħala diżgustanti, orribbli, tal-biża’, ħamallaġni u ħela tal-flus li nħallsu mit-taxxi. Oħrajn sostnew li dan il-proġett tal-Gvern Laburista kien falliment għax Kastilja ġiet qisha night club jew bini ta’ casino.
Wara li fuq l-internet bdew iduru r-ritratti tad-dawl ġdid li sar mal-faċċata tal-Berga ta’ Kastilja ħafna bdew jirridikolaw dan il-proġett tal-illuminazzjoni ta’ Kastilja daqs li kieku sar minn tifel żgħir bla esperjenza ta’ xejn.
Iżda issa l-Gvern għamel u-turn u tefa kompletament it-tubi tal-LEDs li tpoġġew f’kull kantuniera ta’ din il-binja storika u imponenti fil-kapitali tagħna.
Id-dawl mal-faċċata ta’ Kastilja ġie jiswa’ €300,000 u sar minn kumpanija li kienet l-uniku waħda li tefgħet it-tender fis-sejħa li għamel il-Gvern ta’ Muscat.
Il-proġett ta’ restawr fuq il-ġebla kien sar minn Gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>


