L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO organizzat seminar bit-tema Celebrating World Statistics Day..Better Data Better Lives.
Din l-inizjattiva li gurnata fis-sena ikun iċċelebrat Jum l-Istatistika hi inizjattiva li bdiet fl-2010 u hi inizjattiva li bdiet in-Nazzjonijiet Uniti. Parti minn din l-inizjattiva hemm madwar 130 pajjiż mhux biss dawk membri fi hdan l-Unjoni Ewropea.
Is-seminar organizzat mill-NSO ra s-sehem ta’ diversi stakeholders li jikkontribwixxu sabiex tkun jiġbura d-data, fosthom il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Borza ta’ Malta, l-Pulizija, il-Malta Enterprise u entitajiet oħra.
It-tema magħżula, Better Data, Better lives, għandha l-iskop li twassal messaġġ lill-pubbliku sabiex jipprovdi informazzjoni korretta ghaliex b’dik l-informazzjoni miġbura tingħata stampa ċara tas-soċjeta’. Imbagħad b’dik l-istess informazzjoni tista’ titfassal il-politika u miżuri tal-gvern li minn naħa tiegħu ikollu bżonn bażi ta’ informazzjoni soda fuq xiex jibbaża.
Suġġett partikolari li kien trattat waqt is-seminar kien dak ta’ statistika ppreżentata b’mod viżiv, maghruf ahjar bħala geo spacial statistics jew mapping. B’dan il-mod l-istatistika tkun tappella u tinftijhem aktar mill-pubbliku inġenerali u mhux biss mill-esperti.
Fatt impotanti li hareg mis-seminar hu dak li l-amministrazzjoni pubblika, jiġifieri l-entitajiet tal-gvern jikontribwixxu kif suppost għaliex huma sors importanti ta’ informazzjoni għall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
//= $special ?>

