Informazzjoni li kisbet il-pulizija i-każ tal-qitl tatil-avukat li nstabet mejta f’Baħar iċ-Ċagħq tliet snin tikkonferma li fil-lejl tal-qtil, l-akkużat Libjan kien ix-Xemxija, fejn l-ex martu kienet qed tiekol ma’ kollegi tagħha. Jirriżulta wkoll Libjan akkużat fil-qtil tal-ex mara tiegħu kiteb lit-tfal ftit wara li kien arrestat, qallhom li hu kien iħobb ħafna lil ommhom u li kien qed jikkunsidra suwiċidju.
Ir-raġel Nizar El Gadi ta’ 36 sena hu akkużat li qatel lill-avukat Margaret Mifsud fil-karrozza tagħha f’Baħar iċ-Ċagħaq fid-19 ta’ April 2012. Fl-ittra tiegħu, li nqrat fil-qorti, l-akkużat qal lil uliedu li min kien qed jgħid li hu qatel lil ommhom hu giddieb u li dan qed jagħmlu għaliex irid jarhom mifrudin. Hu appellahom biex ma jemmnux dawn l-akkużi. El Gadi qal lil uliedu biex jiftakru meta rawh ibus lil ommhom fil-Pizza Hut u li jekk jagħmel suwiċidju dan jagħmlu minħabba li jħobb ħafna lil ommhom.
Jirriżulta fil-qorti li f’dik l-oakkżjoni tal-Pizza Hut kien ittieħed ritratt tal-familja fuq insistenza tal-akkużat. Min-naħa tagħha l-omm kienet qalet li hi kienet se toqgħod għar-ritratt minħabba t-tfal għaliex ir-relazzjoni ma’ żewġha kienet ħżienet.
Tliet ġimgħat qabel l-omm kienet għamlet rapport mal-pulizija li l-ex raġel tagħha kien ipprova jifgagħha u li kien qed ideajjaqha. F’okkażjoni minnhom l-akkużat deher minn imkien u daħal bil-forza fil-karrozza tal-akkużat meta hi kienet qed tiġbor lit-tfal minn lezzjonijiet tal-ballet. Il-qorti semgħet kif dokument li nstab fid-dar tal-vittma jikkonferma li l-akkużat kien qallha li hu seta’ jwettaq qtil perfett bla ma jħalli ebda traċċi.
Kien stabbilit ukoll li l-apparat ta’ tracking tal-mobile tal-akkużat juri li hu ma qalx il-verità dwar fejn kien fil-lejl tal-qtil. Minkejja li hu qla lill-pulizija li kien Buġibba, jirriżulta li kien ix-Xemxija fejn l-ex mara tiegħu kienet qed tiekol ma’ kollegi tagħha.
Aktar tard l-akkużat qal lill-pulizija li kien jagħti l-petrol lill-karrozza tiegħu minn Buġibba iżda karrozza oħra saqet wisq viċin tiegħu bir-riżultat li spiċċa x-Xemxija għax ma setax idawwar. L-akkużat qal ukoll lill-pulizija li kien iltaqa’ ma’ Russa ħdejn Pender Gardens f’Paceville u wara saq sa Buġibba. L-Ispettur Arnuad xehed li El Gadi qallhom li meta kien Buġibba hu qal lit-tfajla li ried jieħu cv f’ristorant. Kieen hemm ukoll differenzi kbar meta l-pulizija qalu lill-akkużat biex jispejgalhom ir-rotta li għadda minnha bei xidn tkun veriiffikata ma’ CCTV cameras.
//= $special ?>

