Lokali

L-Universita’ se tingħalaq għall-jumejn taċ-CHOGM

Università ta' Malta

F’ittra li waslet għand l-istudenti u l-istaff tal-Universita’, tħabbar li l-Universita’ ta’ Malta se tkun magħluqa għall-jiem taċ-CHOGM – is-summit li se jlaqqa’ f’Malta lill-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth.

Mhux magħruf għaliex il-Gvern ħa din id-deċiżjoni li tingħalaq l-Universita’.

Fuq Facebook, il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario de Marco sostna li din taf tkun is-soluzzjoni għall-probelma tat-traffiku f’dawk il-ġranet tant importanti għal pajjiżna.

Reazzjonijiet oħra waslu minn diversi studenti li esprimew ferħ għall-fatt li tħassru l-lectures tagħhom.

Iċ-CHOGM se jsir bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru.

memo universita chogm