IN-NAZZJON jiddedika l-ewwel paġna b’mod sħiħ għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-Parlament bi tweġiba għad-diskors tal-Baġit tal-ġimgħa l-oħra. Bħala titlu ewlieni, il-ġurnal jislet kwotazzjoni mid-diskors ta’ Simon Busuttil: “Aħna nistgħu nagħmlu aħjar, ferm aħjar, minn dan il-Gvern”
TIMES OF MALTA ukoll jiddedika parti sostanzjali tal-ewwel faċċata għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u bħala titlu, il-ġurnal jikkwota l-wegħda ta’ Simon Busuttil li Gvern Nazzjonalista jixtri l-orħos elettriku. Fl-ewwel paġna wkoll hemm rapport dwar żagħżugħ Ċiniż li se jitressaq quddiem il-Qorti akkużat li ħebb għal żewġ Ċiniżi oħra. Jirriżulta li dan iż-żagħżugħ hu l-istess persuna li tkellmet ma’ THE SUNDAY TIMES fejn żvela l-istorja ta’ kif kien sfruttat f’Malta. Il-Ħadd filgħaxija stess, żewġ Ċiniżi marru fil-kamra li għandu fil-Marsa u rieduh joħroġ ‘il barra mill-propjeta’ tagħhom.
THE MALTA INDEPENDENT jagħti prominenza għad-diskors ta’ Simon Busuttil fil-Parlament. Jgħid li l-Kap tal-PN iqajjem dubji dwar l-ekonomija u jwiegħed Gvern li jixraq lill-poplu Malti.
L-ORIZZONT jirrapporta dwar il-bidu tal-ġuri ta’ Nizar el Gadi li jinsab akkużat li qatel lill-eks mara tiegħu, l-Avukat Margaret Mifsud. Jirrapporta wkoll id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament fejn jgħid li s-suċċessi tal-lum hum frott tal-aħħar leġislatura.
//= $special ?>