Qorti

Post fuq facebook tikxef serqa ta’ €280,000

Post fuq Facebook minn tifel ta’ 12-il sena, iben negozjant Libjan, wasslet biex sar magħruf li l-familja nsterqet E280,000 mill-Indoneżjana li kienet tieħu ħsieb id-dar tagħhom.

Il-każ kien żvelat fil-qorti fil-kumpilazzjoni ta’ evidenza dwar serq u ħasil ta’ flus kontra ż-żewġ nisa. Fil-Qorti fejn kien stabbilit li l-ewwel indikazzjonijiet dehru meta l-familja kienet il-Ġermanja u t-tifel induna li l-Indoneżjana ta’ 27 sena Elish Rohman Balimulia kienet tellgħet ritratt tagħha tippoża ma’ €500 fil-pentouse tagħha li kienet tifform parti mid-dar tal-familja. Aktar tard irriżulta li l-Indoneżjana kienet għaddiet il-flus lil Soraha Meyer li kienet toqgħod f’villa fil-viċin fis-Swieqi. It-tifel, li xehed bil-video conference, qal li kien informa lil ommu bir-ritratt u familjari tiegħu li kienu l-Ġermanja u li rritornaw Malta.

Jirriżulta li aktar kmieni n-negozjant xehed li l-flus naqsu mis-safe li kien wara gwardarobba fil-kamra tas-sodda. Ix-xhud qal li hu kien poġġa €470,000 fis-safe iżda sab E280,000 neiqsa. Hu qal li meta l-familaj saret taf bis-serq, il-persuna li tieħu ħsieb id-dar kienet il-Ġermanja u fil-bidu rrifujtat li titkellem.

Wara xi ġranet hi ammettiet l-involviment tagħha u tefgħet il-ħtija f’Meyer, li kienet tgħix ftit bogħod mid-dar. Dokumenti prpeżentati fil-qorti wrew li Meyer kienet trasferiet somma kbri ata’ flus, iktar minn €40,000 pemezz tal-Western Union fl-indoneżja.

In-negozjant xehed li meta t-tifla kkonfrontat lil Meyer, hi tagħta E9000. Meta rritorna Malta hu mar għandha u qallha li kien lest iwaqqa’ l-pass kriminali. Din id-darba Meyer offriet €2,000 iżda hu m’aċċettahomx minħabba li ried l-ammont kollu u mhux parti. Fi tmiem il-kumpilazzjoni l-Maġistrat Josette Demicoli sabet prrovi biożżejjed biex l-akkużat titpoġġa taħt att ta’ akkuża.