Aktar kmieni illum għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra ġew infurmati li kien hemm persuna li kienet fil-baħar f’Misrah il-Bajja u li kellha bżonn l-assistenza.
Hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post sabu raġel li kien ittella’ fuq il-blat minn nies li kien hemm fl-akwati. Hu ġie mgħoti l-ewwel għajnuna sakemm ambulanza waslet fuq il-post u ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Aktar tard, ir-raġel li għandu 67 sena u residenti San Pawl il-Baħar, ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta.
//= $special ?>

