Mit-83,000 pensjonant li hawn f’pajjiżna huma kważi 60,000 il-pensjonanti li l-Gvern mhu se jkun tahom xejn fil-Baġit għall-2016, ħlief iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Ix-Shadow Minister għall-Politika Soċali, Paula Mifsud Bonnici, kixfet l-ingann fl-impressjoni li pprova jagħti l-Gvern li kien qiegħed iżid il-pensjonanti kollha fil-Baġit għall-2016.
Meta tkellmet illejla fil-Parlament fid-diskussjoni dwar il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Paula Mifsud Bonnici qalet li fil-Baġit hemm inizjattivi tajbin iżda hemm ukoll miżuri neqsin u ineżistenti f’ambjent li fih il-Gvern jiftaħar li l-ekonomija sejra tajjeb.
Fissret li huma huma biss dawk li għandhom il-pensjoni kontributorja li se jkunu qed jirċievu €140 fil-ġimgħa skont il-bolol li ħallsu.
Dan għaliex pensjonant li llum qiegħed fil-faqar għaliex ħadem ftit, jew fil-każ ta’ persuna li baqgħet minħabba ċ-ċirkustanzi, mhux se jkunu qed jiżdiedu u qed jingħata biss iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Dawn il-pensjonanti se jibqgħu f’sitwazzjoni ta’ faqar, u jirċievu biss il-pensjoni mhux kontributorja ta’ madwar €420.
Id-Deputat tal-Gvern Marlene Farrugia wkoll tikkritika lill-Gvern
Ikkritikat lill-Gvern li b’ekonomija li qed jiftaħar li qed tirrendi, ma sabx flus biex jagħti aktar lil pensjonanti kollha li qegħdin f’riskju ta’ faqar. Dan qed tgħidu wkoll id-Deputat tal-Gvern Marlene Farrugia.
F’messaġġi li batgħet fuq Twitter waqt id-diskors fil-Parlament tal-Prim Ministru tagħha, Marlene Farrugia qalet li l-Gvern messu żied il-pensjonijiet aktar, u li b’salarju wieħed ta’ position of trust il-Gvern kien iħaddem persuna b’diżabbiltà.
Ix-Shadow Minister spjegat li hawn madwar 83,000 persuni li jieħdu l-pensjoni. Mill-miżuri li ħabbar il-Gvern se jkunu qed jiżdiedu 12,000 bil-pensjoni singola u 12,000 oħra bil-pensjoni tal-miżżewġin. Dan ifisser li huma kważi 60,000 pensjonant li l-Gvern mhu se jkun tahom xejn ħlief iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Irrimarkat li hekk kif il-Gvern żied il-vot tas-salarji fil-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali b’€900,000 biex tagħmel tajjeb għall-ħatriet politiċi, kienet issir ġustizzja kieku l-pensjonanti ngħataw dak li kienu qed jistennew.
Appell għal riformi fil-pensjoni tal-wens u dawk li jirċievu l-għajnuna soċjali
Appellat għal riformi fil-pensjoni tal-wens li jeħduha 113-il persuna, u għal aktar minn mitejn li jirċievu l-għajnuna soċjali għax qed jieħdu ħsieb persuna anzjana fil-familja.
Staqsiet ukoll kif il-Gvern se jkun qed jinidirizza anomaliji oħrajn fis-sistema tal-pensjonijiet, fosthom lil dawk bil-pensjoni baxxa għax hi bbażata fuq il-kontribuzzjonijiet li ħallsu, lil min kellu jaqleb bħala self employed u spiċċa l-aħħar snin fl-impjieg bi dħul baxx minkejja li jkunu ħallsu dejjem il-bolol tagħhom.
Semmiet ukoll li hemm pensjonanti li l-Gvern għadu ma ħallasx iż-żidiet la tal-2014 u tal-2015, bil-pensjonanti jingħataw ħafna skużi u raġunijiet diversi.
Aktar inġustizzji u diskriminazzjoni soċjali
Staqsiet ukoll lill-Gvern jekk hux se jieħu r-rakkomandazzjoni li mis-sena d-dieħla, fil-kalkulazzjonijiet tal-pensjoni għal dawk li twieldu qabel l-1962, hux se jgħoddu l-kontribuzzjonijiet li ħallsu qabel l-età ta’ 18-il sena.
Appellat ukoll lill-Gvern jindirizza s-sitwazzjoni ta’ dewmien ta’ każi ta’ pensjonati li jikkontestaw deċiżjoni tad-Direttur Soċjali b’ħafna dewmien biex jidhru quddiem l-arbitru. Din hi wkoll forma ta’ inġustizzja u diskriminazzjoni soċjali.
Semmiet li l-paga minima llum għadha ta’ €166 fil-ġimgħa meta studji u dikjarazzjonijiet anke mill-Caritas fl-2012 juru li l-paga minima trid togħla sa €180.
Splodew l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali
Tkellme ukoll dwar l-akkomodazzjoni soċjali u l-Awtorità tad-Djar. Qalet li biex il-Gvern ma jiddikjarax il-falliment fl-Awtorità tad-Djar, ħabbar li l-Awtorità se tidħol għal proġett ta’ €50 miljun, liema vot ma jidher imkien fl-estimi tal-Baġit.
Dan quddiem sitwazzjoni li fiha splodew l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar sentejn u nofs. Fissret il-wegħdi li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, bħala ta’ ingann.
Semmiet ukoll id-diżastru li hemm fl-Awtorità għad-Djar, bil-ħaddiema spiċċaw b’management li ma jirrikonoxxix ix-xogħol tal-ħadidema iżda jirrikonoxxi biss lil dawk tal-qalba.
Ikkritikat lill-Ministru Farrugia li jibqa’ jirrifjuta li jippubblika fil-Parlament il-kwalifiċi u l-esperjenza li għandha d-Deputat CEO tal-Awtorità tad-Djar – ammissjoni ċara li ġiet appuntata għaliex hi l-ħabiba tal-Prim Ministru u tal-mara tal-Prim Ministru.
Ikkritika lill-Gvern li wara sentejn u nofs għadu ma jafx x’inhi l-istrateġija dwar il-housing, ħatt dak li kien hemm, għolla l-kirijiet, żied il-lista ta’ nies fil-bżonn ta’ akkomodazzjoni, u ħalla nies b’soqfa perikolużi u bla sevizz ta’ lifts.
//= $special ?>