Lokali

AĠĠORNATA: Mara f’qagħda kritika wara li ttajret f’San Pawl il-Baħar

Mara ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Eritrea tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident tat-traffiku seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, meta l-mara, li toqgħod Birżebbuġa, ntlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ sitta u sittin sena residenti l-Ħamrun.

Il-mara ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie stabbilit li kienet f’qagħda kritika.

Il-każ qiegħed jiġi nvestigat mill-Pulizija tad-Distrett.