Song Ronghua, il-Konslu Ċiniż f’Cebu, indarab u żewġ impjegati tiegħu nqatlu wara li mara Ċiniża fetħet in-nar fuqhom waqt li kienu f’restorant. Il-mara kienet arrestata filwaqt li Ronghua qed tingħata kura fi sptar.
Skont il-Pulizija, kemm il-Konslu kif ukoll il-mara li sparatlu kienu qed jieklu flimkien ftit qabel ma nfetaħ in-nar. Il-Pulizija issa qed tipprova tistabbilixxi r-raġuni wara dak li seħħ.
Attentat fuq il-Konslu Ċiniż f’Cebu
