Ġurnata wara l-oħra qed tkompli tikber is-segretezza bla bżonn li qed iddur mat-Taskforce taċ-CHOGM u dawk kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ dan is-summit.
Għalkemm dik tax-xahar id-dieħel hija meqjusa bħala laqgħa internazzjonali ta’ statura importanti, b’elementi ta’ organizzazjoni li ma jistgħux jiġu żvelati, is-segretezza f’aspetti varji taċ-CHOGM qed tagħmel aktar ħsara milli ġid.
Il-ġurnal Times of Malta illum jirrapporta kif anke it-toroq li qed isir xogħol ta’ tarmac fihom qed jibqgħu jinżammu mistura, b’detriment għal eluf ta’ sewwieqa li qed isibu ma wiċċhom toroq magħluqin jew devjazzjonijiet minħabba xogħolijiet. Każ klassiku huwa dak li ġara lbieraħ bil-lejl fit-triq li mill-mini ta’ Santa Venera twassal lejn il-Marsa u Raħal Ġdid, bis-sewwieqa jispiċċaw direzzjonati lejn ir-rotta tal-Belt Valletta.
It-Times qed tgħid li Transport Malta ma tridx tagħti l-ismijiet ta’ dawn it-toroq minħabba li dan ikun “jikkomprometti l-pjan ta’ sigurta'”.
Fil-verita’, malli jitlesta ix-xogħol bħal fil-każ ta’ Għajn Tuffieħa u t-triq li qed issir lejn Raħal Ġdid, ir-rotta tat-tarmac il-ġdid minnha infisha ukoll tkun qed tindika minn fejn se jgħaddu d-dinjitarji. U allura fi kliem sempliċi, it-tarmac innifsu jikxef l-istess “pjan” taċ-CHOGM Taskforce.
L-element ta’ segretezza jkompli joħroġ mill-fatt li l-Kap taċ-CHOGM Taskforce Phyllis Muscat qed tibqa’ taħrab milli tiġi intervistata minn Net News u l-ġurnal In-Nazzjon. Issa għaddew xahrejn minn mindu għamilna t-talba għal din l-intervista.
//= $special ?>
