Sid ta’ Ferrari, f’Manchester, ġie arrestat u l-karozza tiegħu ttieħdet mill-Pulizija permezz ta’ trakk flatbed hekk kif lill-Pulizija daħlilha rapport ta’ karozza misjuqa bi pjanċi foloz u mingħajr assikurazzjoni.
Hekk kif il-Pulizija waqqfet lis-sewwieq, nhar is-Sibt filgħaxija, fl-inħawi Deansgate taċ-ċentru ta’ Manchester, is-sewwieq għall-bidu kkollabora mal-Pulizija imma malli sar jaf li kienet se tittella’ fuq it-trakk, ipprova jaħtaf lura ċ-ċwievet tal-isportscar tiegħu u spiċċa arrestat mill-Pulizija.
Persuna li kienet fil-qrib inzertat ġibdet filmat ta’ dak li kien qed jiġri. Issa r-raġel qed jiffaċċja l-akkużi li pprova jostakola lill-Pulizija.
//= $special ?>