Lokali

Fl-2014: 9,895 permess ta’ residenza minn Identity Malta

Matul is-sena l-oħra, Malta klassifikat bħala l-aktar pajjiż tal-UE li ħareġ permessi ta’ residenza.

Skont il-Eurostat, pajjiżna ħareġ 4,895 permess ta’ residenza, li 2,850 minnhom ingħataw mingħajr ebda raġuni speċifika.

Identity Malta ħarġet 3,100 permess ta’ residenza lil persuni Libjani, 866 lil Russi u 602 lil ċittadini Serbi.

Identity Malta hija aġenzija tal-Gvern li inħolqot mill-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat. Fl-aħħar xhur Identity Malta kienet maħkuma minn akkużi skandalużi dwar abbużi fil-mod kif inħarġu permessi ta’ residenza f’Malta.