Iffirmat ftehim ta’ code-share bejn Air Malta u KLM

KLM u l-Air Malta inawguraw il-ftehim ta’ code-share. Il-code-share, li beda dan is-sajf, ra lil KLM tagħmel il-kodiċi u n-numru tat-titjira tagħha fuq titjiriet operati mill-Air Malta bejn Malta u Amsterdam.

Dan il-ftehim ippermetta lil KLM toffri lill-klijenti servizzi ta’ kuljum bejn Amsterdam u Malta. It-titjiriet tal-Air Malta lejn/minn l-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam jgħaqqdu man-network globali estensiv ta’ KLM. Il-klijenti taż-żewġ linji tal-ajru qegħdin jibbenefikaw minn servizzi ġodda, bħal check-in dettaljat għal passiġġieri b’konnessjonijiet.

Skeda ta’ titjiriet (f’ħin lokali)
It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa, il-Ħadd
KM396/KL3398: titlaq minn Malta fit-07:40, tasal f’Amsterdam fil-10:50
KM397/KL3399: titlaq minn Amsterdam f’11:50, tasal f’Malta fit-14:50

Il-Ħamis, is-Sibt
KM396/KL3398: titlaq minn Malta fit-07:50, tasal f’Amsterdam fil-11:00
KM397/KL3399: titlaq minn Amsterdam f’11:50, tasal f’Malta fit-14:50

Mill-25 t’Ottubru, 2015, l-iskeda (f’ħin lokali) ser tkun kif ġej:
It-Tnejn, il-Ħamis, is-Sibt u l- Ħadd
KM394/KL3398: titlaq minn Malta fit-07:30, tasal f’Amsterdam fil-10:40
KM395/KL3399: titlaq minn Amsterdam fil-11:30, tasal Malta fil-14:30