Lokali

Il-Forzi Armati ta’ Malta f’żewġ operazzjonijiet ta’ salvataġġ

Ritratt: AFM

Iċ-Ċentru ta’ Ko-ordinazzjoni u Salvataġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta kien involut f’żewġ operazzjonijiet ta’ salvataġġ f’dawn l-aħħar sigħat.

Fl-ewwel ħidma ta’ salvataġġ, helikopter tal-Missjoni Militari Taljana intbagħat fuq evakwazzjoni medika sabiex jinġieb Malta immigrant li kien salvat mill-bastiment “Dignity 1” u li saħħtu qalbet għall-agħar. Membru tal-Forzi Armati ta’ Malta tniżżel fuq il-bastiment sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lill-immigrant iżda t-temp ma ppermettiex li ssir l-evakwazzjoni fuq il-helikopter.

Għaldaqstant, il-membru tal-Forzi Armati baqa’ fuq il-vapur biex jassisti lill-immigrant u kienu evakwati iktar tard illum. L-immigrant ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar assistenza medika.

Sadanittant, Patrol Boat P61 tal-Forzi Armati kienet involuta f’ħidma oħra ta’ salvataġġ flimkien ma’ bastimenti Taljani bħala parti mill-operazzjoni FRONTEX TRITON