Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo saħaq fil-Parlament li l-frejjeġ li saru fil-qasam tat-trasport bil-problema kbira ta’ traffiku li nħolqot, għandhom jieqfu u l-Gvern jgħid illum xi proposti għandu.
Meta tkellem fid-dibatttu dwar ilBaġit tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura llum waranofsinhar, appella wkoll lill-Gvern jgħin lis-settur privat għall-problemi u l-ispejjeż li qed jidħol fihom is-settur tan-negozju kawża tal-problema tat-traffiku.
Robert Arrigo qal li qed tinħoloq problema kbira għan-nies tan-negozju fejn min jaħdem fuq barra qed isibu diffikultajiet kbar, spejjeż akbar u nies jaslu tard u bin-nervi fil-postijiet tax-xogħol.
Semma li klijenti barranin, ‘il fuq minn mija, tħallew l-art minkejja li ħasbu tliet sigħat qabel u l-ajruplan telaq tard ukoll. It-tort ta’ dan kollu jiġu fuq Malta.
Fisser li l-poplu kellu dritt li jagħti lil dan il-Gvern maġġoranza tajba u issa l-Gvern irid jieħu r-responsabbiltà ta’ dan u jiggverna.
Robert Arrigo qal li jekk ir-roadmap li qal li għandu l-Partit Laburista teżisti, il-Gvern mhux qed jaqraha sew, u jekk ma teżistix irid jgħid x’se jagħmel.
Anke emails taqra u tirrispondi fit-traffiku
B’rabta mal-miżuri b’multi ogħla li qed jimponi l-Gvern kontra dawk li jinaqbdu jużaw il-mowbajl u jibagħtu messaġġi, id-Deputat Nazzjonalista rrimarka li mhux biss fit-traffiku tilħaq taqra messaġġi iżda anke emails tkun tista’ taqra u tirrispondi.