Wara li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni naqas li jiddiskuti l-kundizzjonijiet tal-precinct officers, il-GWU tat direttiva lill-istess ħaddiema msieħba magħha biex jinjoraw kull komunikazzjoni li tingħata lilhom mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Il-GWU qalet li kellha tirrikorri għall-azzjonijiet wara li ilha sa mill-2013 tistenna l-kontro-proposti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-precinct officers. Minkejja diversi tentattivi li saru biex iż-żewġ naħat jiltaqgħu u jiddiskutu dawn il-kundizzjonijiet, dawn il-laqgħat dejjem tħassru min-naħa tad-Dipartiment.
Għaldaqstant il-GWU ma kellhiex triq oħra x’tieħu ħlief li biex tipproteġi l-interessi tal-imsieħba tagħha tirrikori għall-azzjonijiet. Il-GWU infurmat lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li dawn l-azzjonijiet jistgħu jeskalaw fiż-żmien li ġej jekk l-istess Dipartiment tal-Edukazzjoni mhux se jpoġġi madwar mejda biex jiddiskuti l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.
//= $special ?>
