Lokali

Il-ħalliel li seraq il-flus mill-Knisja tal-Ibraġġ jirritornahom taħt is-sagrament tal-qrar

Il-Persuna li seraq il-flus miġbura għal missjoni fil-Knisja tal-Ibraġġ fil-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda, rritorna l-flus lura taħt is-sigriet tal-qrar.

Il-persuna li serqet il-flus jidher li għaddiethom lil Saċerdot u dan għaddiehom lill-Arċisqof, li min-naħa tiegħu nforma lill-Kappillan tal-Ibraġġ, Dun Tony Agius b’li ġara u għaddielu l-flus.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud.