Unjoni Ewropea

  LIVE | Il-Kungress tal-PPE

Beda llum il-Kungress Statutorju tal-Partit Popolari Ewropew. Għall-Kungress, li qed jiltaqa’ fil-kapitali Spanjola Madrid, qed jattendi wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li kien ukoll wieħed mill-kelliema.

Matul il-Kungress se jiġu eletti wkoll l-ogħla Uffiċjali tal-akbar partit fil-Parlament Ewropew. Fuq l-aġenda hemm it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fuq livell Ewropew, kif ukoll l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ suq wieħed diġitali.

Il-Kungress mistenni jindirizza wkoll id-diversi sfidi li qed jiffaċċja l-kontinent Ewropew mal-fruntieri tiegħu, jiġifieri l-immigrazzjoni.