Lokali

Tingħata l-Aħħar Tislima lil Norbert Cutajar

Il-Knisja Parrokjali tal-Ħamrun, iddedikata lil San Gejtanu, illum kienet imballata bin-nies għall-Aħħar Tislima lil Norbert Cutajar, li l-ġimgħa li għaddiet tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Sqallija.

Cutajar kien qed isur il-mutur tiegħu fil-highway bejn Siracusa u Catania meta ntlaqat minn trakk. Dakinhar, il-Pulizija Taljana qalet li l-isforzi tas-servizzi ta’ emerġenza kienu kollha għalxejn, hekk kif Norbert Cutajar tilef ħajtu fil-post.

Norbert, missier ta’ żewġt itfal, kien mill-Ħamrun u kellu 48 sena. Kien dilettant tal-muturi u biex jagħtuh l-Aħħar Tislima ngħaqdu wkoll numru ta’ sewwieqa tal-muturi, li sellmulu bil-ħoss tal-mutur tagħhom.

Minbarra l-qraba u l-ħbieb, attendew ukoll biex jagħtu l-Aħħar Tislima lil Norbert numru ta’ Ħamruniżi, li nhasdu bl-aħbar tal-mewt tiegħu.