Lokali

AĠĠORNATA: Fit-taxi kien hemm persuni li jinsabu Malta għall-Middle Sea Race

Xufier ta’ taxi sofra xokk wara li kien involut f’ħabta barra l-mini ta’ Santa Venera. Il-każ seħħ ftit qabel in-12.30pm.

Dan is-sit jinsab infurmat li s-sewwieq jinsab taħt xokk wara li intlaqat minn trakk tal-ġebel.

Fuq it-taxi kien hemm persuni barranin li qedgħin f’pajjiżna għar-Rolex Middle Sea Race.

Kawża tal-impatt, it-taxi spiċċat daret darbtejn, u ġiet fid-direzzjoni opposta. Il-karozza telgħet fuq is-central strip.

Kawża tal-inċident, irriżultat konġestjoni tat-traffiku fid-direzzjoni lejn l-Università. Il-Pulizija għadhom fil-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, filwaqt li qed jinvestigaw il-każ.