Internazzjonali

A-10 Amerikani fit-Turkija

Fit-Turkija, li taqsam fruntiera kemm mal-Iraq kif ukoll is-Sirja, l-Istati Uniti bagħtet 12-il ajruplan tat-tip A-10 Warthog lejn il-bażi ta’ Incirlik, li qed tintuża għall-attakki kontra l-ISIS. L-ajruplani jispeċjalizzaw f’attakki kontra truppi fuq l-art
Sadattant l-Armata Sirjana ċaħdet rapporti li hemm ukoll truppi Russi mdaħħlin fl-azzjoni fis-Sirja. Dan wara rapporti li tliet suldati Russi kienu nqatlu waqt li kienu qed jiġġieldu maġenb it-truppi Sirjani. Min-naħa l-oħra, sorsi oħra fis-Sirja qalu li hu minnu li xi Russi kienu nqatlu fil-ġlied imma l-indikazzjonijiet huma li dawn ma kinux parti mill-kontinġent militari Russu li ntbagħat minn Putin, imma kienu voluntieri.