L-eks plejer leġġendarju tal-Olanda u Barcelona Johan Cruyff għandu kanċer fil-pulmun. Din l-aħbar kienet l-ewwel rappurtata fuq stazzjon tar-radju f’Katalunja u filwaqt li kellima għall-klabb ta’ Barcelona ma kkonfermawx l-aħbar qalu li dan jinsab marid u awgurawlu fejqan ta’ malajr.
Cruyff, li għandu 68 sena hu wieħed mill-aqwa plejers li qatt lagħab mal-Olanda u mal-klabb Spanjol kif ukoll ma’ Ajax. Ma’ Ajax dam jilgħab 11-il sena u magħhom rebaħ tmien darbiet il-kampjonat domestiku u tliet darbiet it-tazza tal-Ewropa. Ma’ Barcelona dam ħames snin jilgħab snin u magħhom rebaħ diversi kampjonati domestiċi u anke l-ewwel tazza taċ-Champions fl-istorja tal-klabb fl-1992.
Ma jridx jerġa’ jilgħab mal-Ġermanja
L-attakkant Ġermaniż Miroslav Klose qal li mhux beħsiebu jerġa’ jilbes il-flokk ta’ pajjiżu biex fis-sajf li ġej jikkompeti fil-Euro 2016. L-attakkant ta’ Lazio Klose kien ħabbar li se jirtira minn man-nazzjonal fis-sajf tal-2014 wara li l-Ġermanja rebħet it-Tazza tad-Dinja. Minkejja li dan l-istaġun sofra diversi problemi fiżiċi kien hemm spekulazzjonijiet li Klose jista’ jerġa’ jilgħab mal-Ġermanja.
F’kummenti li ta Klose qal li kemm-il darba rċieva telefonati mingħand diriġenti tal-FA Ġermaniża bit-tentattiv li jikkonvinċuh jerġa’ jilgħab ma’ pajjiżu imma Klose qal li la darba jkun ħa deċiżjoni ma jerġax’ lura minnha.
“L-aħħar logħba tiegħi mat-tim nazzjonali kienet l-aqwa tmiem li seta’ kelli mal-Ġermanja u mhux beħsiebni nerġa’ nilgħab. Wara kollox, il-kowċ għandu ħafna attakkanti ta’ talent kbir li jista’ jsejjaħ minfloki,” qal Klose.
WALES – Wales se jibdew iħejju għall-Euro 2016 b’partita ta’ ħbiberija fit-13 ta’ Novembru kontra l-Olanda, tim li naqas milli jikkwalifika għall-fażi finali. L-aħħar darba li dawn it-tnejn lagħbu kontra xulxin kien f’Ġunju tal-2014 meta dakinhar l-Olanda rebħet 2-0.
//= $special ?>