Internazzjonali

DJ Kolombjan arrestat fl-Italja

Il-Pulizija Taljana arrestat DJ Kolombjan li jgawdi ċertu popolarità fl-industrija mużikali u li kien ilu mfittex mill-Interpol għal allegat sehem fit-traffikar tad-droga.
DJ ‘Fexter’ – li l-isem proprju tiegħu hu Fernsterbein Fernando Ramirez – kien arrestat, din il-ġimgħa, fil-belt ta’ Udine, meta l-pulizija fl-Italja u l-Kolombja, bħalissa, qed imexxu sensiela ta’ investigazzjonijiet relatati mal-arrest.
Sadanittant, il-Pulizija qed tirreferi għal ‘Fexter’ bħala ‘wieħed mill-aktar kriminali perikolużi’ f’San Andres, il-gżira Kolombjana fil-Karibew.
Dan id-DJ ilu jgħix fl-Italja mill-2013 wara li kien ħarab lill-qawwiet tal-liġi f’pajjiżu.
Il-pulizija, fl-istess ħin, qalet li DJ ‘Fexter’ żamm ir-rabtiet tiegħu mat-traffikanti tad-droga Kolombjani, filwaqt li qed jallegaw li l-istess DJ kien imexxi l-grupp kriminali ta’ ‘Los Mellos’ li hu akkużat bi qtil tal-massa, bejgħ tad-droga u diversi każi ta’ rikatt.