Sal-aħħar ta’ Settembru l-vetturi fit-toroq Maltin kienu jammontaw għal 344,543, li hu żieda ta’ 1% fuq l-istess żmien sena qabel. 60.7% tagħhom kienu b’magna petrol, u 38.9% kienu b’magna diesel.
79.2% ta’ dan l-ammont kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.9% kienu vetturi kummerċjali, 5.7% kienu muturi u l-karozzi tal-linja u minibuses kienu jammontaw għal inqas minn 1% tat-total.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li fit-tielet kwart tas-sena, jiġifieri bejn Lulju u Settembru, f’Malta nħarġu 5,517-il liċenzja ġdida ta’ vetturi fit-toroq, li 4,257 minnhom kienu karozzi privati. Minn dawn 43% biss kienu vetturi ġodda, bil-maġġoranza tal-liċenzji ġodda għal karozzi jkunu għal dawk użati.
Skont l-istatistika ppubblikata, fit-tielet kwart tas-sena ġew esportati 142 vettura waqt li 1,547 ġew skreppjati u 1,791 oħra ġew iggaraxxjati.
//= $special ?>

