Fuq il-media soċjali, ilbieraħ ħafna ftakru li kienet il-ġurnata mmarkata bħala “il-ġurnata tal-futur” skont il-film Back to the Future. Fil-film li ħareġ fl-1989, Marty McFly (Michael J Fox) u Doc Brown (Christopher Lloyd) telgħu fil-vettura li mill-1985 kienet se tieħodhom għall-futur.
Skont il-film, sal-21 ta’ Ottubru 2015 id-dinja kellha tgħaddi minn numru ta’ bidliet, b’mod partikolari dawk teknoloġiċi. Iżda fil-verità, liem huma dawk l-invenzjonijiet li d-dinja verament għaddiet minnhom fl-aħħar snin? Fil-filmat ta’ hawn taħt għandkom it-tweġiba.
PS: L-aktar invenzjoni li llum in-nies jiftakru fiha mill-film hi l-karozza ttir … iżda llum ħafna jaħsbu li mn’alla din l-invenzjoni qatt ma saret!
//= $special ?>