Lokali

Iż-żejt qed ikompli jonqos fil-prezz

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew, li saret f’Malta u li tmexxiet mill-President tal-Bank Mario Draghi, ġie deċiż li r-rati tal-imgħax jinzammu fl-istess livell.

Meta indirizza lill-media fi tmiem il-laqgħa, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tkellem dwar il-bżonn li l-pajjiżi taż-Żona Ewro jappoġġjaw il-politika monetarja tal-Bank. Draghi tkellem ukoll dwar il-prezz internazzjonali taż-żejt, li qed ikompli jonqos u dan qed iwassal biex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom aktar flus fl-idejn.

Sadanittant, meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-media Laburista biex jikkummenta dwar is-sitwazzjoni ekonomika f’Malta, Mario Draghi għażel li ma jagħtix l-opinjoni tieghu. Minflok, hu dar fuq il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Josef Bonnici, li min-naħa tiegħu qal li l-ekonomija Maltija miexja fit-triq it-tajba.

Josef Bonnici spjega li dan anke għax matul is-snin, f’pajjiżna żviluppaw setturi ġodda li żammew l-ekonomija għaddejja b’ritmu tajjeb.