Lokali

Mapfre Middlesea tfaħħar lil clown doctors għal ġest nobbli

Mapfre Middlesea hija kburija li tissapportja Dr Klown Malta – għaqda non-governattiva mwaqqfa bl-għan li tferraħ it-tfal li qegħdin l-isptar għall-kura.

Nhar is-Sibt 17 t’Ottubru, ġiet iċċelebrata Kids and Klowns Day, ġewwa l-Isptar Mater Dei, fil-preżenza tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Waqt l-attivita`, issapportjata minn Mapfre Middlesea, kien hemm divertiment għat-tfal kif ukoll workshops għall-kbar. Il-Psikoterapista Edward Curmi mexxa workshop dwar kif il-ġenituri għandhom jmorru ma tfal li qegħdin l-isptar, waqt li l-psikologa Gabriella Cassar tkellmet dwar l-aħwa tat-tfal li huma pazjenti. It-tfal kellhom l-opportunita` jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ maġija u puppet shows fost l-oħrajn. Artisti lokali bħal Gaia, Amber u l-arpista Esmeralda Galea Camilleri wkoll ipparteċipaw.

“Din l-inizjattiva toffri ftit ferħ f’kuntest li mħux daqshekk ferrieħi. Dawn il-voluntiera joffru l-ħin tagħhom biex jgħinu lil dawn il-pazjenti u dak huwa ġest nobbli ħafna. Mapfre Middlesea żgur li tissapportja dan il-ġest sabiħ,” qal l-Assistent Maniġer tal-kumpanija Fernando Decampo.