Mara ta’ 65 sena residenti l-Ħamrun tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vettura f’Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:15 fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li l-mara sfat milquta minn vettura tat-tip Volkswagen Transporter li kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ, minn raġel ta’ 35 sena mill-Imtarfa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet nfurmata l-Maġistrat tal-Għassa A Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>