Lokali

Tfal bl­awtiżmu jirċievu numru ta’ tablets sabiex ikabbru l­-ħiliet intelletwali tagħhom

Numru ta’ tfal se jkunu qed ikabbru l-­ħiliet intellatwali tagħhom bl-­għajnuna ta’ tablets bl­-aħħar teknoloġija. Dan grazzi għall-Grupp Vassallo li riċentament, ippreżenta numru ta’ tablets lill-Autism Parents Association. Iċ-­ċerimonja saret ġewwa l-­Landmark Business Centre, f’ Ħal Qormi.

Ta kull sena, l-­kumpanija torganizza Dress Down Day fost l-­impjegati kolha tagħha, fejn f’din l-attivita kull impjegat jista’ joffri ammont ta’ sigħat ta’ xogħol li jissarfu fi flus għal kawża ġusta.

“Bid­-differenza ta’ snin oħra, hassejna li din is-­sena kellna ninvestu fi progett partikolari,” sostna l­Kap tar­Rizorsi Umani, Marketing u Kommunikazzjoni s­Sur Charlo Bonnici. “Dawn it­tablets se jitqassmu lil diversi tfal bl­awtizmu sabiex jghinuhom jkomplu jkabbru l­gharfien taghhom fit-teknologija informatika.”

L­Autism Parents Association, tghin lil familji bi tfal b’awtizmu. L­-g=an prinċipali tal-Assocjazzjoni huwa li toħloq kuxjenza u għarfien fis-­soċjeta dwar l­awtiżmu.

F’għeluq is­-70 sena anniversarju, is­-sena d­-dieħla l­Grupp Vassallo se jkun qed jestendi s­-servizzi tiegħu fis-settur tad-­diżabilita’ permezz tal­entita’ HILA. HILA se tkun qed toffri numru ta’ servizzi fosthom djar residenzjali fejn il­persuna titgħallem kif tista tgħix indipendenti iżda b’element ta’ sapport, kif ukoll żvilupp u taħrig dwar dan is­settur.