… sitta fil-lokalitàta’ San Pawl il-Baħar
Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea appella li l-approvazzjoni u ħruġ ta’ permessi għal pompi tal-petrol ġodda ssir b’serjetà quddiem sitwazzjoni ta’ 67 applikazzjoni li hemm għall-pompi ġodda, sitta minnhom f’lokalità waħda, dik ta’ San Pawl il-Baħar.
Staqsa kif, fejn, meta u b’liema mod jista’ jkun hemm approvazzjoni ta’ sitt talbiet f’lokaltà waħda, u jekk hemmx bidla fil-policy tal-pompi tal-petrol għax wissa li dak li qiegħed jingħad hu ta’ nkwiet. Appella li din is-sitwazzjoni kif jirirżulta minn risposti li ngħata għal mistoqsoqsijiet parlamentari, tiġi indirizzata b’serjetà, u mhux b’ħafna bdil ta’ policies biex jiġu akkomodati xi applikazzjonijiet. Staqsa wkoll x’se jiġri dwar ir-reklamazzjoni tal-art u jekk hux se nimxu f’direzzjoni lejn l-importanza ambjentali fiċ-ċirkustanzi ta’ pajjiżna.
L-ewwel pass għall-awtonomija tal-Parlament
Fid-dibattitu dwar il-vot tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Ċensu Galea, li hu wkoll id-Deputat Speaker tal-Parlament, tkellem dwar l-awtonomija tal-Parlament u kif il-binja l-ġdida kienet l-ewwel pass importanti biex il-Parlament Malti jgawdi l-istess awtonmija ta’ parlamenti oħrajn.
Enfasizza r-responsabbiltà tad-deputati eletti fil-Parlament u kif dawn iridu jkunu ta’ eżempju fir-rispett u fl-imġiba lejn xulxin, u denji bħala rappreżentanti tal-poplu. Semma wkoll li rridu naraw ukoll sa liema limitu l-partit li jkun fil-gvern, għandu l-libertà li jmur lil hinn mill-programm elettorali, u sa liema limitu għandu jasal biex jaqbeż il-programm elettorali l-aktar fuq suġġetti ta’ kontroversja kbira. Sejjaħ bħala żball meta deputat jagħmel il-mira li jerġa’ jiġi elett, bħala l-missjoni tiegħu fil-Parlament.
Irrimarka li qed ikun hemm wisq sitwazzjonijiet li fihom id-deċiżjonijiet iduru għas-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkustanzi. Saħaq li r-regoli għandhom dejjem ikunu applikati b’konformità u appella lil kull min hu fl-eżekuttiv jara li r-regoli jiġu applikat b’ekwu u bl-aħjar mod.
Wisq allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni abbazi ta’ ħbiberiji minn min għandu awtorità fl-eżekuttiv
Ċensu Galea qal li hawn wisq allegazzjonijiet ta’ diskimriminazzjoni abbazi ta’ ħbiberiji minn min għandu awtorità fl-eżekuttiv.
Semma r-responsabbiltà li għandu ċ-ċivil, u l-awtoritajiet u l-entitajiet tal-Gvern biex jaqdu lill-pubbliku u lil kulħadd bl-istess mod.
Semma s-servizzi li jingħataw fil-MEPA u qal li hemm sensazzjoni kbira ta’ qtugħ ta’ qalb li jgħidu li huma mbeżżgħin li jekk jagħmlu l-affarijiet kif suppost, ikollhom il-problemi. Fisser din is-sitwazzjoni bħala ta’ ħasra f’post daqstant sensittiv, u wissa li s-sitwazzjoni tista’ ssir agħar bil-firda tal-MEPA f’żewġ awtoritajiet.
//= $special ?>