Lokali

Awdjo: L-omm ‘fi stat ta’ sakra’ marret għat-tifel… iżda kien laħaq ħadu żewġha

L-omm ‘xurbana’ li attakkat numru ta’ persuni ġo skola fiż-Żejtun, fosthom Assistent Kap ta’ Skola, xi ħaddiema u anke Pulizija, marret tiġbor it-tifel tagħha mill-iskola iżda sabet li kien diġa mar żewġha għaliha.

F’kumment ma’ Netnews.com.mt, il-President tal-Union tal-Għalliema (MUT) Kevin Bonello qal li kieku dan l-inċident seħħ 10 minuti qabel, setgħet isseħħ traġedja peress li kienu ħerġin it-tfal mill-iskola.

Aqra aktar: Omm xurbana tagredixxi numru ta’ persuni fi skola

Kevin Bonello spjega li ħadd mill-uffiċjali fl-iskola ma seta’ jirraġuna magħha minħabba “l-istat evidenti ta’ xorb pjuttost qawwi”.

Kevin Bonello fil-kummenti tiegħu appella għal sigurtà akbar fl-iskejjel. L-inċident seħħ fl-iskola Primarja B fiż-Żejtun.