Għall-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) għad fadal numru ta’ kwistjonijiet li għadhom iridu jiġu ċċarati.
Dan qalitu l-Assoċjazzjoni fi stqarrija, li fiha qalu li matul il-jum saret laqgħa ta’ sagħtejn bejnha u delegazzjoni tal-Gvern immexxija mill-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne.
Fl-istqarrija, il-MAM qalet li matul il-laqgħa kien hemm numru ta’ skambji ta’ ideat, li skont hi ssarfu fi progress dwar dak li qed jintalab. Madankollu, irrikonoxxiet li għad fadal numru ta’ kwistjonijiet li għadhom iridu jiġu ċċarati, filwaqt li oħrajn għadhom meqjusa bħala pendenti.
Jingħad li ż-żewġ naħat qablu li jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla bit-tama li jersqu eqreb lejn xulxin fid-diskussjonijiet.
//= $special ?>