Lokali

Għada jum ta’ ingaġġ għal Lidl biex iżżid in-numru tal-ħaddiema

Għal dawn l-aħħar seba’ snin, il-kumpanija Lidl kienet qed tinvesti f’Malta biex tagħti l-aqwa servizz ta’ kwalità lill-klijenti. Matul dan il-perijodu, Lidl stabbiliet ruħha f’Malta bħala l-aqwa ħanut tal-bejgħ bl-imnut. Bħalissa timpjega aktar minn 200 ħaddiem fis-seba’ ħwienet tagħha.

Il-kumpanija qed tfittex persuni li huma orjentati b’sens ta’ dedikazzjoni lejn il-konsumatur biex jissieħbu fl-operat li qed jikber. Il-kandidati ideali jkunu dawk li kapaċi jaħdmu bla problemi ma’ sħabhom, ma jibżgħux mill-isfidi, flimkien ma’ xewqa kbira biex jitgħallmu b’passjoni biex jirnexxu.

Il-kumpanija qed tfittex biex timpjega madwar 50 persuna fil-karigi ta’ Sales Assistant, Supervisor, Assistant Store Manager, Store Manager u District Manager. Lidl qed twiegħed impjieg sigur b’salarju ogħla minn dak medju. Barra minhekk, Lidl toffri ambjent tajjeb, sod u post li jappella u li jispira lill-impjegati biex ikunu motivati u jagħtu l-aħjar li jistgħu.

Il-kumpanija avżat li l-applikanti interessati huma mistiedna jattendu l-jum ta’ ingaġġ tal-Lidl, li se jsir għada s-Sibt bejn id-9am u s-6pm fil-lukanda Corinthia f’San Ġiljan. Il-kandidati huma mitluba jieħdu magħhom l-aħħar Curriculum Vitae minħabba li se jkunu intervistati dakinhar stess.

L-applikanti huma inkoraġġuti wkoll iżuru www.lidl.com.mt għal aktar informazzjoni.