Lokali Parlament

Il-Gvern indaħal hu biex l-Imrieħel jiddaħħal fi pjan biex jinbnew skyscrapers

Golden Handshake ta’ kwart ta’ miljun minn wara dahar il-board tal-MEPA

Il-Gvern iddeffes hu minn wara dahar kulħadd, biex fl-Imrieħel ikunu jistghu jibnew skycrapers. Dan għamlu għall-ħbieb tiegħu tal-consortium li qed jibni l-powerstation.

Dan żvelah fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus li sejjaħ dan l-indħil bħala illegali u sintomatiku ta’ gvern moralment korrott, ta’ fibra dgħajfa, taparsi socjalist u li jgħawweġ il-ġuistizzja. Gvern li mhux tagħna lkoll, iżda tal-ftit, sostna Callus.

Meta tkellem fid-dibattitu dwar il-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Ryan Callus fisser li ma kinitx tagħmel sens li l-Imrieħel tidhol f’din il-policy ghaliex illum mhemmx bini għoli, u jekk ikun hemm, ser tittappan il-long distance view tal-belt storika tal-Imdina minn numru ta’ postijiet.

Fisser li minkejja li wara li daħħlu s-sottomissjonijiet, dawn ukoll ma kinux jinkludu lill-Imrieħel, meta d-draft policy ġiet preżentata lill-bord l-Imriehel kien inkluż. Meta staqsa liċ-Chairman kif iddahhal l-Imrieħel, ir-risposta kienet li kien il-Gvern li talab li din tidhol fil-policy.

B’hekk, l-Imrieħel iddaħħlet bħala zona fejn jistgħu jinbnew high-rise buildings f’ambjent fejn fuq in-naħa l-ohra tal-bypass tal-Imrieħel hemm il-Wied ta’ Ħal Qormi – post fejn hemm il-bdiewa ħames snin se jkunu qed jaraw erba’ torrijiet għoljin ta’ 14, 16, 18 u 20 sular.

JM BOV House of Four Winds

Il-Gvern ghandu jirrevoka l-ftehim dwar il-House of Four Winds
Semma wkoll il-mod kif 40 sena kirja nbidlet f’ċens ta’ 65 sena kienet kwistjoni oħra tintenn. Il-BoV, permezz ta’ negozjati li kif irrappurtat it-Times of Malta pparteċipa fihom Michael Falzon, ibbenefika minn negozjati permezz ta’ klawsola fil-liġi li tgħid li ma jkunx jehtieg risoluzzjoni parlamentari jew sejha ghall-tender.

Fisser li dan il-ftehim huwa illegali. Ix-xogħol li jsir fil-House of Four Winds mhuwiex xogħol industrijali iżda jkun hemm esperti finanzjarji u bankariera.

Irrimarka li t-Times żvelat ukoll li fil-mument li Michael Falzon kien qieghed jinnegozja dan il-ftehim, kien qieghed ukoll jinnegozja pakkett finanzjarju ta’ kwart ta’ miljun biex jirtira qabel iz-zmien.

MEPA
Golden Handshake ta’ kwart ta’ miljun minn wara dahar il-board tal-MEPA

Staqsa wkoll għalfejn l-Avukat Degaeatno, li kien ilu snin l-Avukat tal-Awtorità b’esperjenza vasta, gie mgieghel jirriżenja u offrut il-golden handshake attaparsi early retirement. Staqsa kemm tiswa din il-golden handshake u fisser li skont it-Times inghata aktar minn kwart ta’ miljun ewro. Żvela li din il-golden handshake nghatat minn wara dahar il-bord tal-MEPA.

Sejjaħ dan bħala tal-misthija bil-Kap Ezekuttiv jiddeciedi wahdu li l-MEPA thallas kwart ta’ miljun. Irrimarkal li lanqas jista’ jimmagina x’se jigri meta l-Kap Ezekuttiv tal-lum jinghata aktar poteri bil-ligi l-gdida.

Ryan Callus irrimarka li mhux sorpriz li r-raġuni vera li tneħħa l-Avukat Degaetano kienet għaliex Johann Buttigieg ried iktar liberta’. ​

Ħaddiema fil-MEPA jitħallew fil-bini waqt li kien għaddej xogħol strutturali
Tkellem ukoll dwar rapporti li qegħed isir xogħol strutturali u ta’ manutenzjoni fil-bini tal-MEPA waqt li l-istaff jibqa’ fl-uffiċċji. Il-ħaddiema tal-kuntratturi qegħdin jaħdmu bla safety gear, l-istaff ma naghtaw l-ebda protezzjoni u sinjali tas-sigurtà ma tpoġġewx.

Staqsa x’qed jagħmlu l-health and safety officers, li tnejn minnhom jaħdmu fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv li s-sena li għaddiet ħadu żewg promozzjonijiet f’sentejn, waħda minnhom tnejn f’ġurnata.

Spjega wkoll li meta lbieraħ kien dieħel għal-laqgha tal-bord tal-MEPA, ra b’għajnejh hydraulic hammer fuq il-bejt itaqqab u jkisser il-kontrabejt. Sejjaħ dan bħala ġennata li tħallew il-ħaddiema fis-sular ta’ taht għaddejjin bix-xogħol filwaqt li kien qiegħed isir dan ix-xogħol strutturali.

Fisser li tant jeżisti mismanagement fil-mod kif qed isir ix-xogħol, li t-Tnejn tal-ġimgha li għaddiet, il-ħaddiema qalulhom biex jidħlu għax-xogħol fil-11am minħabba x-xogħlijiet. Din hi irresponsabbiltà għax li kieku din kienet kumpanija privata, dan qatt ma kien iseħħ. Staqsa min ser ikun responsabbli ta’ tliet sighat xogħol mitlufa għal kull ħaddiem li ma marx għax-xogħol. Talab li xi ħadd jerfa’ r-responsabbiltà li trid taqa’ f’idejn il-Kap Eżekuttiv, li għandu paga ta’ €65,000. Sejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon jieħu azzjoni fuq dan.

Staqsa jekk dwar dawn ix-xogħlijiet inħarġitx tender jew direct order.