Impjegati tal-kumpanija Media.Link Communications ingħaqdu fil-kampanja favur l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider hekk kif dan ix-xahar qed jiġi ċċelebrat ‘Pink October’.
Illum, numru ta’ impjegati daħlu għax-xogħol bi ħwejjeġ roża biex jingħaqdu fl-ispirtu ta’ kuxjenza li qed titqajjem matul dan ix-xahar.
Il-kanċer tas-sider huwa l-aktar tip ta’ kanċer komuni u waħda mill-aktar raġunijiet komuni ta’ mewt ta’ nisa minn 30 sena ‘il fuq f’Malta.
//= $special ?>

