Il-Prim Ministru kkwota minn dokument wieħed u għamel akkużi biex juża bħala ballun politiku affarijiet li saru ferm differenti minn kif pinġihom hu dwar investiment mill-kumpannija TRC fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti fil-pjan tal-Gvern Nazzjonalista li jiżviluppa f’pajjiżna l-industrija tal-console games.
Tajn li pprova jitfa’ l-Prim Ministru nhar it-Tlieta fil-Parlament dwar investiment fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, ġie miċħud mid-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech li spjega ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.
Waqt li kien qed jitkellem fil-Parlament illejla, Tonio Fenech irrefera għall-akkużi tal-Prim Ministru dwar kumpannija bl-isem ta’ TRC fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Il-pjan tal-Gvern Nazzjonalista kien li jiżviluppa l-industrija tal-console games
Tonio Fenech ċaħad li investitur f’din il-kumpanija ngħata somma flus meta dan kellu passat kriminali. Il-pjan tal-Gvern Nazzjonalista kien li jiżviluppa l-industrija tal-console games meta hemm possibbiltà li tiġi żviluppata logħba li tkun marbuta ma’ Malta.
Ma kien irriżulta ebda passat kriminali fuq l-investitur
Spjega li f’dan l-eżerċizzju sar due diligence dwar individwu li kellu d-drittijiet ta’ din il-logħba u ried jinvesti fl-iżvilupp tagħha flimkien ma’ Chris Dearing u Paul Taylor – żewġ personalitajiet rinomati u awtorità fil-qasam tal-console games. Minn dan l-eżerċizzju ma rriżulta qatt li dan l-individwu kellu passat kriminali. Li rriżulta hu li kien hemm perijodu li ma setgħetx tingħata spjegazzjoni minn fejn ġab il-flus li kellu.
Il-flus kienu ngħataw bħala għajnuna għall-impjiegi u taħriġ ta’ ħaddiema Maltin
Minkejja li ma kienx hemm provi ta’ passat kriminali, il-Gvern kien ħa passi biex titwaqqaf kumpannija Maltija li tiżviluppa din il-logħba. Mhux minnu li dan l-individwu ngħata somma flus mill-Malta Enterprise iżda s-somma flus imsemmija ngħatat lill-kumpannija biex ikun hemm għajnuna għall-impjiegi u taħriġ ta’ ħaddiema Maltin.
Tonio Fenech sejjaħ lill-Prim Ministru biex filwaqt li jinforma ruħu dwar il-fatti kif saru verament, ma jibqax jaġixxi bl-istess mod u jara li investiment bħal dan jinkoraġġih mhux igerrxu.
//= $special ?>