Newsdesk

Newsdesk janalizza d-diskorsi tal-mexxejja politiċi

Id-diskussjoni tal-lum waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar id-diskorsi tal-mexxejja politiċi.

Illejla waqt Newsdesk se ssir analiżi profonda tad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-Parlament u d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan kollu bis-sehem tal-opinjonista Dr Bernard Grech kif ukoll ta’ numru ta’ edituri.

X’tikkummenta dwar id-diskorsi li għamlu l-mexxejja politiċi? Min ikkonvinċiek l-aktar? Liema diskors rajtu rilevanti?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.