L-MUT tikkundanna l-każ u tappella għas-sigurtà
Omm xurbana daħlet fi skola fiż-Żejtun fejn allegatament ħebbet għall-Assistent Kap tal-Iskola u persuni oħra li jaħdmu fl-iskola.
Fi stqarrija l-MUT kkundannat dan l-att vjolenti li u rringrazzjat lill-Pulizija tal-intervent immedjat u f’waqtu sabiex tikkontrolla s-sitwazzjoni u tesprimi solidarjeta’ mal-uffiċjal tal-Pulizija li wkoll sfat vittma ta’ swat u aggressjoni.
F’dan il-kuntest l-MUT fakkret li ilha snin twal tappella biex l-iskejjel ikunu mgħammra adegwatament fejn tidħol sigurta’. Minkejja d-diversi wegħdi li saru mill-amministrazzjoni preċedenti u minn din, ftit li xejn kien hemm żviluppi. Għaldaqstant il-Union tappella lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex inċidenti tali ma jirrepetux ruħhom.
Aqra iktar: Awdjo: Ir-raġuni għalfejn l-omm agredixxiet xi persuni fi skola Primarja.
//= $special ?>

