Fit-tieni logħba tagħhom fir-rawnd preliminari tal-FIFA Futsal World Cup, it-tim nazzjonali Malti kellu wirja mill-aqwa kontra l-Litwanja. Sa mill-bidu tal-konfront, iż-żewġ timijiet dehru li se jisfidaw lil xulxin bil-kbir.
Wara ħames minuti logħob, xutt mill-bogħod ta’ Jovica Milijic poġġa lill-Maltin fil-vantaġġ. Sitt minuti wara, Deividas Stradalovas skorja l-gowl tad-dro u hekk intemmet l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima il-Maltin kienu l-ħin kollu fuq ix-xwiek, hekk kif il-gowlkiper Reuben Grech kien impenjat kontinwament. Matthew Attard u Xavier Saliba raw ix-xuttijiet tagħhom milqugħa mid-difiża avversarja.
Fl-aħħar minuti, il-Litwani tħabtu mhux ftit, sabiex ħames minuti mit-tmiem Rolandas Leščius skorja l-gowl tar-rebħa.
Ta’ min jgħid li l-plejers Maltin immexxija mill-kowċ Peter Pullicino, tgħallmu ħafna mil-logħba tal-lum kontra Franza. Il-Maltin kellhom daqs nofs iċ-ċansijiet ta’ skor li kellhom il-Litwani.
Fl-aħħar nett il-Maltin jagħlqu l-avventura tagħhom fil-Litwanja, nhar il-Ħadd li ġej kontra l-Albanija. Din il-logħba tibda fl-għaxra ta’ filgħodu.
//= $special ?>