Lokali

Wires tal-elettriku f’nofs bankina jikkawżaw periklu

Ritratti li rċieva dan is-sit juru wires tal-elettriku f’nofs bankina fi triq John F Marks, f’ San Ġwann li qed jikkawżaw periklu.

Ir-residenti li bagħtu dawn ir-ritratti esprimew id-diżappunt tagħhom u qalulna li ilhom xhur jirraportaw lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann dwar il-periklu li qed jikkawżaw dawn il-wires tal-elettriku.

Ir-residenti jinsabu mbeżża dwar dak li jista’ jiġri minħabba li dawn il-wires qedin fin-nofs, u ta’ ostaklu għal dawk li jkunu għadejjin minn fuq il-bankina.

Ir-residenti qedin jitolbu biex dawn il-wires tal-elettriku jitneħħew mill-aktar fis possibli qabel jiġri xi inċidenti ikraħ.

DSC_0514