Għada filgħodu, l-Partit Nazzjonalista se jkun qed ilaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fil-lukanda Kempinski f’San Lawrenz, Għawdex. Il-Kunsill Ġenerali ta’ għada, li hu wieħed politiku, għandu t-tema ‘Tkabbir Sostenibbli u Dinjità għal Kulħadd’.
Il-Kunsill Ġenerali, li jibda fid-9:30 ta’ filgħodu, se jkollu quddiemu dokument ekonomiku li jitratta l-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista, ftit jiem wara li ġie ppreżentat il-budget għas-sena d-dieħla, li ġie deskritt mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħala budget li ta ‘ftit għalik, ħafna għalihom’.
Il-Kunsill Ġenerali se jkun indirizzat, fost l-oħrajn, mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
//= $special ?>

