Għaddas salvat mill-Forzi Armati fid-Dwejra

Portugiż dalgħodu ġie salvat minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Hu kien qed jogħdos barra mid-Dwejra f’Għawdex.

Il-Forzi Armati fi stqarrija qalu li malli rċevew ir-rapport, iċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni ta’ Salvataġġ f’Ħal-Luqa bagħat il-ħelikopter Alouette III u d-dagħjsa Melita II biex jassistu fl-operazzjoni ta’ salvataġġ.

L-għaddas ġie nnutat ixejjer għall-għajnuna mill-membri tal-ekwipaġġ tal-Melita II. Malli ttella’ fuq id-dagħjsa hu ttieħed il-port tal-Imġarr fejn kien hemm ambulanza tistennieħ. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.