Iċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi hu mibni skont il-permessi kollha tal-MEPA u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Propjeta’ tal-Gvern Michael Falzon hu mistieden biex izur u jara b’ghajnejh kif dan il-progett qed ihalli beneficcji kbar lir-residenti u ghaqdiet Siggiewin.
Sostna dan fi stqarrija is-Sindku tas-Siggiewi Karol Aquilina b’reazzjoni ghad-diskors tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon fil-Parlament. Hu qal li hi ħaġa tal-iskantament kif is-Segretarju Parlamentari li hu responsabbli mill-MEPA, ma jivverifikax il-fatti mal-istess awtorita’ li taqa’ taħtu qabel tkellem fil-Parlament.
Is-Sindku tas-Siggiewi appella lil Michael Falzon sabiex minflok jagħmel alllegazzjonijiet foloz fil-Parlament, jiżgura li l-Kunsill tas-Siġġiewi jikseb lura l-propjeta’ li ngħatat b’abbuż lill-Partit Laburista u li bi dritt hi tas-Siġġiewi u s-Siġġiewin kollha.
Sadanittant id-Deputat Laburista Marlene Farrugia tkellmet dwar x’jehtiegu verament ir-residenti tas-Siġġiewi, jekk hux night shelter għall-anzjani, jew każin tal-Labour fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi.
Fuq Facebook, Marlene Farrugia staqsiet minn x’hiex se jigwadannjaw l-iktar is-Siġġiewin u jekk kienx ikun iktar opportun li każin ta’ partit politiku kien isib u jikri kamra flok iċaħħad l-opportunita’ li ħafna anzjani ikollhom fejn jinġabru bil-lejl.
Fid-dawl ta’ dan, Marlene Farrugia staqsiet jekk il-Partit hux qiegħed biex iservi lin-nies jew qed isir bil-kontra.
Fl-istess post fuq Facebook, id-Deputat Laburista ikkuppjat messaġġ li rċeviet minn ex-partitarju Laburista li qal li d-Deputat Mexxej Toni Abela ikkritikaha pubblikament waqt attivita’ tad-Deputat Joe Farrugia. F’din l-attivita’ Toni Abela qal li Marlene Farrugia imissha tistħi dwar il-pożizzjoni li ħadet dwar il-każin tas-Siġġiewi.
Dan il-partitarju qal li fl-aħħar elezzjoni ivvota Labour u tenna li mhux se terġa tkun. Qal ukoll li Marlene Farrugia qed tirrappreżenta is-sentimenti ta’ ħafna Laburisti.
//= $special ?>

