In-Nazzjon b’ritratt tal-impjegati ta’ Media.Link li lbieraħ ingħaqdu fil-kampanja Pink October. Rapport dwar dak li ġie żvelat fil-Parlament b’rabta mal-visas maħruġa mill-Konsulat Malti fl-Alġerija kif ukoll allegazzjoni li l-Gvern hu mdaħħal biex fl-Imrieħel jinbnew skyscrapers.
The Malta Independent b’rapport dwar tmien karigi ġodda fil-PBS u oħrajn mogħtija kuntratti permanenti jew promozzjonijiet minn Marzu 2013. Il-faċċata b’ritratt tat-traġedja tal-bieraħ fi Franza, fejn aktar minn 40 pensjonant tilfu ħajjithom. The Malta Independent tagħmel referenza wkoll għal dak li ġie żvelat mill-PN dwar il-ħtruġ ta’ visas maħruġa mill-Konsulat Malti fl-Alġerija.
Times of Malta b’rapport dwar kif tifel minn ħamsa ikunu bbulljati fl-ewwel sena tas-sekondarja. Rapport ieħor jgħid li f’Malta hawn nuqqas t’għarfien dwar id-drittijiet umani.
L-Orizzont b’rapport dwar dak li ntqal fil-Parlament fosthom dwar il-burqa.
//= $special ?>

