Il-General Workers Union ordnat azzjonijiet industrijali fis-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex matul il-ġurnata ta’ għada.
Fi stqarrija, il-GWU qalet li dawn l-azzjonijiet kellhom jittieħdu wara li l-kumpanija ħarġet ħinijiet tax-xogħol lix-xufiera tagħha f’Għawdex li ma humiex skont il-ftehim kollettiv preżenti.
It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU infurmat lill-kumpanija li l-ħinijiet il-ġodda huma ferm itwal minn dak li huwa maqbul u stipulat fil-ftehim kullettiv. Għaldaqstant, il-GWU ordnat lill-membri tagħha ma jaħdmux iktar mid-disa’ sigħat u nofs, brejk inklużi, li huma stipulati fil-ftehim kollettiv.
//= $special ?>

