It-tir tal-PN hu li jkun jaf x’se jagħmel wara li tintrebaħ l-elezzjoni – Simon Busuttil

It-tir tal-Partit Nazzjonalista mhuwiex li jirbaħ l-elezzjoni – iżda li jkun jaf x’se jagħmel wara li tintrebaħ l-elezzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan meta kien qed jindirizza seminar organizzat mill-Kulleġġ tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista, l-ewwel seminar tat-tip tiegħu.

Waqt is-seminar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil enfasizza fuq il-ħtieġa li l-kandidati jkollhom formazzjoni politika tajba, minħabba r-responsabbiltà li jġorru. Filfatt, is-seminar kien indirizzat ukoll mill-eks membri Parlamentari Tonio Borg u Joe Borg.

Simon Busuttil qal li l-formazzjoni politika tiddistingwixxi l-Partit Nazzjonalista mill-Partit Laburista u Joseph Muscat li ħadd ma jaf ma’ liema ankra politika huma marbutin.

Ħeġġeġ lill-kandidati u eks-kandidati biex jużaw l-istrutturi tal-Partit u jinfluwenzaw il-politika tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li appella għal-lealta’ lejn il-Partit.

Simon Busuttil temm jappella biex il-kandidati jibqgħu jżommu kuntatt man-nies. Is-seminar kien indirizzat ukoll mis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake.