L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri tal-Istudenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) fi stqarrija kkundannat l-attakk li sar fuq edukaturi fl-Iskola Primarja taż-Żejtun.
L-Assoċjazzjoni esprimiet is-solidarjetà tagħha mal-ħaddiema fl-iskola u l-pulizija li sfat aggredita.
Il-MAPSSS saħqet li l-iskejjel għandhom ikunu post sigur għall-istudenti u l-edukaturi tagħhom. Dan, kompliet l-assoċjazzjoni, għandu jsir bis-sehem ta’ kulħadd kemm fl-iskola kif ukoll fil-komunità nnifisha inkluż bil-kontribut tal-ġenituri infushom.
//= $special ?>

